Messaġġ dwar is-Sigurtà Użat f'dan id-Dokument
3 Informazzjoni dwar is-Sigurtà
Dawn l-Istruzzjonijiet għall-Użu huma magħmula biex jagħmluha possibbli biex wieħed
jaħdem bla periklu bl-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X. L-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi
X għandek tħaddmu biss jekk tħares l-istruzzjonijiet f'dan id-dokument u l-
istruzzjonijiet tat-tħaddim tas-sistema tar-raġġi X użata. Tużahx għal skopijiet oħrajn
minbarra dawk li huwa maħsub għalihom.
Twissija
Messaġġ dwar is-Sigurtà Użat f'dan id-Dokument
It-twissijiet ġenerali u l-avviżi dwar is-sigurtà jinsabu f'dawn l-istruzzjonijiet għall-użu. Twissijiet
speċjali u avviżi dwar is-sigurtà, li japplikaw biss għal assemblaġġ tat-tubi tar-raġġi-X speċjali,
jinsabu fil-Manwal Tekniku relatat tal-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X.
Dan il-messaġġ rilevanti għas-sigurtà jinsab f'dawn l-istruzzjonijiet għall-użu:
TWISSIJA
Juri sitwazzjoni perikoluża għall-persuni. Jekk ma tipprevjenix din is-sitwazzjoni, hemm riskju ta' mewt jew
korriment serju.
Informazzjoni dwar is-Sigurtà Ġenerali
L-organizzazzjoni responsabbli mit-tħaddim tas-sistema tar-raġġi X użata hija dejjem
responsabbli għall-konformità mar-regolamenti li japplikaw għall-installazzjoni u t-tħaddim ta'
dan l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X.
• Inġiniera tal-qasam tas-servizz teknikament ikkwalifikati biss li rċevew l-istruzzjonijiet u t-
taħriġ ix-xierqa għat-tagħmir f'applikazzjonijiet mediċi u b'mod partikolari għall-
installazzjoni u l-attivazzjoni ta' dan l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X għandhom il-permess
li jinstallaw u jsewwu dan it-tagħmir. L-installazzjoni, il-kalibrazzjoni u l-ittestjar tal-
assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X għandhom jitwettqu skont l-istruzzjonijiet rispettivi tas-
sistema tar-raġġi X użata.
• Persunal imħarreġ u awtorizzat biss għandu permess li jħaddem l-assemblaġġ tat-tubu tar-
raġġi X.
X-Ray Tube AssembliesX-Ray Tube Assemblies
Informazzjoni dwar is-Sigurtà
Aqrani,
ifhimni,
u obdini!
407