Herunterladen Diese Seite drucken

avanos CORFLO Bedienungsanleitung Seite 35

Nasogastrale/nasointestinale ernährungssonden

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 7
AVANOS* CORFLO
MT
Tubi għat-tmigħ Nażogastriċi / Nażointestinali
Riċetta biss: Il-Liġi Federali (Stati Uniti) tgħid li dan l-apparat għandu
jinbiegħ biss minn tabib jew fuq ordni tiegħu.
Għall-użu minn Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa biss.
Deskrizzjoni
AVANOS* CORFLO* Tubi għat-tmigħ Nażogastriċi / Nażointestinali huwa
tubu għat-tmigħ magħmul mill-poliuretan ta' grad mediku ddisinjat
apposta għall-kumdità u s-sigurtà tal-pazjent waqt li t-tubu jkun qed
jiddaħħal u jintuża. Dan it-tubu huwa maħsub għall-użu f'pazjenti li
jeħtieġu tmigħ intermittenti jew kontinwu minn ġo tubu mill-passaġġ
nażogastriku jew nażointestinali. Tista' tagħżel bejn sterili jew mhux sterili,
bil-piż jew mingħajr piż, u bis-sonda jew mingħajr sonda.
Konnetturi Disponibbli
• Konnettur Universali (Jieħu siringi Orali u Luer )
• Konnettur ANTI-IV*
• Konnettur ENFit®
Indikazzjonijiet għall-Użu
It-Tubu għat-Tmigħ AVANOS* CORFLO* huwa maħsub għall-użu f'dawk
il-pazjenti li jeħtieġu tmigħ intermittenti jew kontinwu minn ġo tubu mill-
passaġġ nażogastriku jew nażoenteriku.
Kif Għandu Jiddaħħal it-Tubu
Dan it-tubu għat-tmigħ għandu jiddaħħal minn individwi jew tobba
kompetenti, skont il-protokolli tal-istituzzjoni/faċilità/isptar.
1. Spjega l-proċedura lill-pazjent jekk japplika.
2. Qiegħed lill-pazjent bilqiegħda jew fil-pożizzjoni ta' Fowler skont
kemm ikun jiflaħ.
Twissija: Il-pazjent ma għandux imil 'il quddiem, u rasu u
għonqu ma għandhomx stirati.
Attent: Tużax sonda jekk it-tubu ma jkunx mgħammar b'waħda
fil-pakkett, peress li s-sonda tista' toħroġ mill-bokka tat-tarf.
3. Oħroġ it-tubu mill-pakkett. Agħlaq il-bokok.
4. Kejjel it-tul tat-tubu li jrid jiddaħħal sabiex tkun ċert li t-tarf/
il-bolus se jidħol fl-istonku. Qiegħed il-bokka tal-ħruġ fit-tarf
tal-imnieħer. Iġbed it-tubu sad-dendula tal-widna, imbagħad sal-
xiphoid process (taħt l-isternum) (Illustrazzjoni 8). Uża l-marki
taċ-ċentimetri stampati fuq it-tubu biex jgħinuk iddaħħal it-tubu u
tiċċekkja ċ-ċaqliq tiegħu.
Twissija: Huwa essenzjali li tkejjel it-tul tat-tubu.
Iddaħħalx tul żejjed. It-tubu jista' jinqaras u jinstadd.
5. Ara minn liema minħar l-aħjar li ddaħħal it-tubu. Agħti tazza ilma
u stro lill-pazjent.
6. Qabel ma ddaħħal it-tubu, attiva l-lubrikant tat-tarf billi tbillu
fl-ilma.
7. Idderieġi t-tubu lejn in-naħa ta' wara, billi timmira t-tarf b'mod
parallel għas-septum nażali u għall-wiċċ ta' fuq tal-palat l-iebes.
Imbotta t-tubu san-nażofarinġi, u ħalli t-tarf isib il-passaġġ waħdu.
Waqt li l-pazjent ikun qed jibla' l-ilma bil-mod, imbotta t-tubu
bil-mod il-mod minn ġol-esofagu sal-istonku.
8. Uża l-marki taċ-ċentimetri stampati fuq it-tubu biex jgħinuk
iddaħħlu tajjeb.
Twissija: Jekk il-pazjent jisgħol, jista' jfisser li t-tubu
daħal ġot-trakea. Jekk taħseb li daħal fit-trakea, neħħi
t-tubu. Jekk il-pazjent ma jisgħolx ma jkunx ifisser bilfors li
t-tubu daħal fl-istonku.
Jekk it-tubu ma jibqax dieħel, neħħieh minnufih. Avża
lil tabib. Oqgħod attent jekk ikun hemm xi apparat
endotrakeali, peress li dan jista' jidderieġi lit-tubu fit-
trakea.
Jekk it-tubu għat-tmigħ jispiċċa fit-trakea jew fil-pulmuni
*
tista' ssir ħsara serja lill-pazjent.
9. Ikkonferma l-pożizzjoni u l-kundizzjoni tajba tat-tubu skont
il-protokoll tal-istituzzjoni/faċilità/isptar (eż. billi tkejjel il-pH, tieħu
X-ray, eċċ.).
Twissija: Il-pożizzjoni tat-tubu fl-istonku għandha tiġi
kkonfermata qabel l-ifflaxxjar u l-użu.
10. Fil-każ tat-tubi mgħammra b'sonda: Wara li tiġi kkonfermata
l-pożizzjoni tat-tubu fl-istonku, neħħi s-sonda billi tlaħlaħ it-tubu
mill-bokka tal-ġenb b'mhux aktar minn 10 ml ilma sabiex tattiva
l-lubrikant intern minnufih qabel tneħħi s-sonda.
Twissija: Qatt ma għandek iddaħħal is-sonda mill-ġdid
meta t-tubu jkun fil-pazjent.
11. Orbot it-tubu skont il-protokoll tal-istituzzjoni.
Manutenzjoni tat-Tubu
1. Segwi l-protokoll tal-istituzzjoni/faċilità/isptar tiegħek jew l-ordni
tat-tabib.
2. Huwa rrakkomandat li t-tubu jitlaħlaħ kull erba' sigħat b'mhux
aktar minn 20 ml ilma (sa 10 ml ilma għat-trabi jew għat-tfal)
qabel tagħti l-mediċina jew wara, jew meta twaqqaf tisqi l-ħalib.
Twissija: Ma għandekx tisforza s-siringa biex tlaħlaħ,
tagħti likwidi jew tiftaħ it-tubu minn xi sadd.
3. It-tubu għat-tmigħ għandu jkun issorveljat, ivvalutat b'mod
regolari, u mibdul meta jkun klinikament indikat abbażi tal-funzjoni
tat-tubu u l-kundizzjoni tal-pazjent.
AVANOS* CORFLO* Tubi għat-Tmigħ Nażogastriku/
Nażointestinali b'Konnetturi Universali
• Tubu b'Tapp (Fig. 1)
1
Bokka tal-ikel
2
Bokka Addizzjonali
• Tubu Mqabbad (Fig. 2)
3
Sett tad-Dożar
4
Siringa
• Tubu Bla tapp (Fig. 3)
5
Adapter għas-Siringa tat-Tlaħliħ
Karatteristiċi
• Poliuretan ta' grad mediku
• Isem il-prodott stampat fuq it-tubu
• Ċentimetri (approssimattivi) stampati fuq it-tubu biex jgħinu fit-
tqegħid u fil-kontroll taċ-ċaqliq
• Tubu u tarf radjuopaki
• Ponta ta' gwida għat-tidħil magħmula mit-tungstenu (tubi bil-piżijiet
biss)
• Lubrikant C-19* fit-tarf li jiġi attivat bl-ilma
• Disponibbli b'bokka ta' ħruġ esklussiva kontra s-sadd
• Bokka separata għat-tlaħliħ, għall-ġbid jew għall-addittivi
• Adapter għat-tlaħliħ immarkat bil-kulur għat-tul
Tubi għat-Tmigħ Nażogastriku/Nażointestinali AVANOS*
CORFLO* b'Konnetturi ANTI-IV*
• Tubu b'Tapp (Fig. 4)
6
Bokka tal-ikel
7
Bokka Addizzjonali
• Tubu Mqabbad (Fig.5)
8
Sett tad-Dożar
9
Siringa
Karatteristiċi
• Konnettur Y ANTI-IV* fit-tarf tat-tubu għat-tmigħ ma jiħux Luer Lock
jew siringi standard Luer slip
• Isem il-prodott stampat fuq it-tubu
35

Werbung

loading

Verwandte Produkte für avanos CORFLO